1. Serviżż ta’
Interpretu
Kif tafu, l-Għaqda kienet waħda
mill-organiżżażżjonijiet li se tieħu flus
mill-Istrina. Għalhekk,
l-Għaqda ddecidiet li tkabbar is-serviżż ta’ interpretu
tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija billi mill-1 ta’ Settembru 2004 impjegat lis-sur
Noel Kenely bħala t-tieni interpretu full time tagħha. Noel għadu kemm spiċċa kors full time l-Universita’
u diġa kellu esperjenża tajba f’dan il-qasam.
Għalhekk
min jixtieq dan is-serviżż jikkuntattja lil
2. Vidjo tal-Quddiesa
L-Għaqda
għadha kemm lestit l-vidjow tal-Quddiesa bil-lingwa tas-Sinjali Maltija li
sar bil-għajnuna finanżjarja tal-HSBC. Min
jixtieq kopja ta’ dan il-vidjow jimla Formola A. Il-preżż għal
dan il-vidjow hu baxx hafna: Lm2.
3 Bar-B-Que tas-Sajf
L-Għaqda qed torganiżża Bar-B-Que ta’ l-aħħar
tas-sajf. Il-BBQ hu
miftuħ għall-membri kollha tal-Għaqda. Id-dettalji tal-BBQ huma mniżżla
hawn taħt:
Fejn: Ta’ Fra Ben il-Qawra. (Niltaqghu hdejn ir-ristorant)
Ħin: 6:30pm ‘il quddiem
Ikel: kulħadd iġib l-ikel u x-xorb
tiegħu. L-Għaqda ħa tieħu ħsieb il-BBQ sets u d-dawl.
Jekk hemm xi ħadd li jeħtieġ it-Trasport għall-BBQ
jista’ jikkuntatja lil
Infakkrukhom li dak
inhar tal-BBQ id-Deaf Club ħa jkun magħluq.
4. Teenage Club
Fil-gimgħat li
ġejjin il-grupp tat-Teenage Club ħa jerġgħu jibdew jiltaqaw b’mod regolari. L-ewwel
attivita` ħa tkun il-BBQ tal-Għaqda nhar il-Ġimgħa 24 ta’
Settembru.
Laqgħat tat-Teenage Club matul Ottubru:
Ř
8 t’ Ottubru
Ř
22 t’ Ottubru
Min jeħtieġ
it-trasport għat-Teenage Club jieħu ħsieb javża lil
5. Deaf Club
Mill-1 ta’ Ottubru
d-Deaf Club ser jerġa’ jibda jiftaħ hekk
*Il-Ħadd, mill-10.00a.m sa nofs in-nhar
* Il-Ġimgħa, mit-8.00 p.m. sa
10.00p.m. (
6. Sotto –Kumitat tal-iSports
Il-kumitat
tal-Għaqda qed jaħtar kumitat ġdid ta’ Deaf Sports, kull min hu
interessat jagħti sehemu f’dan il-kumitat għandu jibgħat email
fuq dan l-indiriżż:
7. EU Desk
L-Għaqda
tagħna flimkien ma’ tliet Għaqdiet ohra (Kunsill Malti tal-Persuni b’Diżabilita. Muscular
Dystrophy Group u l-Għaqda Ġenituri ta’ Persuni b’Dizabilita) se
jwaqqaf EU Desk għall-qasam tal-persuni b’diżabilita. Għal dan il-għan se jiġi impjegat persuna part-time.
Min hu interessat jara l-avviż li qed nibagħtu ma’ din l-ittra. Applikażżjonijiet jintlaqgħu sat-30 ta’ Settembru
2004.
8. Infakkrukom
a)
Aħbarijiet bil-Lingwa
tas-Sinjali
Il-PBS qed
ixandar l-aħbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija kuljum mit-Tnejn
sal-Ħadd bejn is-6.30p.m.u 6.45p.m u l-għada fil-għodu waqt
il-programm l-Għodwa t-Tajba.
b)
Batteriji tal-Hearing Aids
Il-membri jistgħu jixtru
b’preżż irħis il-batteriji tal-hearing aids mid-Deaf Club meta jkun miftuħ. Ara l-ħinijiet
l-ġodda għas-sajf f’din iċ-ċirkulari.
c)
Servizz ta’ Social Work
Min għandu bżonn
tas-serviżż tas-Social Workers tal-Aġenżija SAPPORT jista’
jikkunttattjahom bil-mobile 79442121
9. Attivitajiet Li Saru - Studenti bla Hearing Aids
L-Għaqda
ħarġet żewġ stqarrijiet biex tiġbed l-attenżjoni
li hemm studenti neqsin mis-smigħ li ilhom aktar
Tislijiet
Segretarju