L-Attivitajiet li Saru
1. Is-seba' viżti ta' l-Għid
2. Il-BBQ tas-Sajf
3. Il-Preżentażżjoni tat-trophies tal-
kompetiżżjoni tal-indoors
1. Is-seba' vizti ta' l-Għid
L-Għaqda organnizat is-Seba' viżti ta' l-Għid li sar f'25 ta' Marzu. Ħadu sehem xi membri tal-kumitat u
xi membri ta' l-Għaqda u marru l-belt Valletta. Kien preżenti l-interpretu ta' l-Għaqda
Noel Kenely li għamel interpretażżjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija biex Persuni Neqsin
mis-smigħ jkunu jistgħu jifhmu xi talb fil-knejjes.
lura fuq
2. Il-BBQ tas-Sajf
L-Għaqda organnizat żewġ BBQ tas-Sajf. L-ewwel wieħed sa fl-15 ta Lulju 2005 u
t-tieni wieħed sar fit-3 ta' Settembru. Dawn l-BBQs saru ġo Qawra. Marru ħafna Persuni Neqsin mis-Smigħ
u l-familji tagħhom. L-Għaqda ġabu id-dwal u generator filwaqt li Keith Callus u James
Mulvaney ġabu il-BBQ set tagħhom biex isajru u jieklu. Grazzi lil Keith u James
lura fuq
3.Il-Preżentażżjoni tat-trophies tal-
kompetiżjoni tal-indoors
Preżentażżjoni tat-trophies ta' Indoor Competition 2005 saret nhar il-Ġimgża 14 ta'
Ottubru 2005 ġewwa id-Deaf Club. Dan il-kompetiżżjoni ħadu sehem xi 55
parteċipanti. F`din il-preżentażżjoni, membru u Viċi Chairman tal-Kunsill Malti ta'
l-Isports, Andrew Decilis kien mistieden waqt din il-preżentażjoni biex jagħti
it-trophies lir-rebbieħa ta' dawn il-logħob differenti li huma Billiards, Table Tennis,
Darts 501, Darts XXX, Table Soccer, Draughts u Chess. Grazzi lil Andrew Decilis
talli aċċetta biex jiġi. Dawn il-kompetiżżjoni u prezentażżjoni gew organiżżati
mis-Sotto Kumitat ta' l-Isports, grazzi lil membri tiegħu speċjalment lil George
u Stephen.
Ikklikja wieħed minn dawn biex ikabbar ir-ritratt
Ir-Rebbieħa tal-kompetiżżjoni differenti
Wara: Alan Bezzina, Silvio Pace, Keith Callus, Matthew Pace, Stephen Mulvaney,
Andrew Decelis, Natalino Psaila
Quddiem:James Mulvaney,
Karl Borg, Fred Bezzina, George Vella, Chris Ripard, Gordon Jones
Kaxxa:
Etienne Camillieri (absent)
lura fuq
|