Ħarġa ta' Novembru 2004
L-Għaqda permezz ta' sponsorship mingħand l-HSBC Care for
Children Fund, għamlet vidjo tal-Quddiesa interpreta bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. L-Għaqda se tipprezenta ufficjalment dan il-vidjo lill-Mons Arcisqof Guzeppi Mercieca, waqt żjara li hu se jagħmel lill-persuni neqsin mis-smigħ fid-Deaf Club. Ufficjal għoli tal-HSBC se jippreżenta ukoll iċ-ċekk ta' l-isponsorship lill-Ghaqda. Din iż-żjara se ssir hekk:Ġurnata Il-Ġimgha, 26 ta' Novembru 2004
Ħin 7.00p.m. 'il quddiem
Waqt din il-laqgħa, se ssir diskussjoni ma' Mons Arcisqof dwar issues li għandhom x'jaqsmu mal-persuni neqsin mis-smigħ u l-knisja. Wara jkun hemm bibita zgħira.
Il-membri u l-ħbieb tagħhom kollha huma mistiedna jattendu.
2. Lezzjoni tal-Malti għall- Adulti Neqsin mis-Smigħ
L-Għaqda, il-Fondazzjoni ghall-Accessibilita fl-Informatika (FITA) u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni se jorganizzaw lezzjonijiet ta' fil-għaxija biex adulti neqsin mis-smigħ jitgħallmu jiktbu u jaqraw bil-Malti. Il-Lezzjonijiet se jibdew minn Jannar li gej, se jsiru fl-iskola Maria Regina, Blata l-Bajda mill-5.30 sa 7.30 darba fil-gimgħa.
Min hu interessat jimla Formola A ta' din iċ-ċirkulari.
3. Serviżż ta' Interpretu
L-Għaqda qed tkompli tipprovdi is-servizz ta' interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija permezz taż-żewġ interpreti tagħha Noel Kenely u Maria Azzopardi. Min jixtieq dan is-serviżż jikkuntattja lil Maria Azzopardi fuq il-mobile 99826931 (vuċi jew SMS) jew bl-email: maria.azzopardi@um.edu.net.
4. Attivitajiet tal-Milied
L-Għaqda se torganizza dan il-party hekk:
Ġurnata Il-Ġimgħa, 17 ta' Dicembru 2004
Ħin 7.00 - 9.00 p.m
Post Deaf Club
Ħlas Lm2 kull tifel ta' taħt it-12-il sena li jingħata rigal
Min jixtieq jattendi jimla l-formola B li hawn ma' din iċ-ċirkulari.
L-Għaqda se torganizza ikla tal-Milied għall-persuni neqsin mis-smigħ u l-familjari tagħhom Din se ssir nhar il-Ħadd, 19 ta' Diċembru 2004. Aktar dettalji jingħataw lil-membri fiċ-ċirkulari li jmiss.
L-Għaqda se torganizza quddiesa interpretata bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija ta' Lejliet il-Milied hekk:
Ġurnata Il-Ġimgha, 24 ta' Diċembru, 2004
Ħin 10.00p.m
Post Id-Deaf Club
Qabel ikun hemm il-qrar u wara jkun hemm bibita.
5. Ġimgha tal-Persuni b'Diżabilita
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita torganizza ġimgħa ta' attivitajiet madwar it-3 ta' Diċembru li hu l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilita. L-attivitajiet principali jinkludu:
Dan se ssir, it-Tlieta, 7 ta' Diċembru, 2004, fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, Santa Venera, bejn is-6.00p.m u t-8.00 pm.
Dan se ssir il-Ġimgha 10 ta' Diċembru 2004, fil-Lukanda Coastline, bejn id-9.00 a.m u 1.00 p.m.
Din se ssir is-Sibt 11 ta' Diċembru 2004 f'Misraħ il-Ħelsien mill-10.00a.m. Fl-aħħar se tiġi ppreżentata dikjarazzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet umani u l-persuni b'diżaiblita u minoranzi oħrajn lill-President ta' Malta.
6. Lezzjonijiet tal-Lingwa tas-Sinjali
Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, bis-sapport ta' l-Għaqda jipprovdi kors bażiku ta' 14-il lezzjoni fil-għaxija ta' Lingw
a tas-Sinjali Maltija. Dawn jibdew f'Ottubru u fi Frar ta' kull sena. Applikazzjoni jsiru fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, Taqsima Klassijiet ta' fl-Għaxija, il-Furjana.L-Istitut tal-Lingwistika tal-Universita ta' Malta wkoll tipprovdi żewġ korsijiet wieħed bażiku u l-ieħor intermedju lill-istudenti tal-Universita. Dawn normalment isiru wara nofs in-nhar u jibdew fi Ottubru u Jannar/Frar. L-Istitut jista' joffri numru limitat ta' postijiet lill-familjari ta' persuni neqsin mis-smigħ li jixtiequ jitgħallmu
din il-lingwa imma ma jistgħux jattendu fil-għaxija. Min hu interessat jikkuntattja lil Marie Alexandar fuq it-Tel: 2340 2428.7. Deaf Club
L-Għaqda, permezz ta' Natalino Psaila, se tkompli tiftaħ id-Deaf Club hekk
* Kull nhar ta' Ġimgħa mit-8.00p.m. sal-10.00 pm (meta jkun hemm it-Teenage Club jiftaħ fis-6.00p.m)
* Kull nhar ta' Ħadd mill-10.00a.m sal-12.00.
8. Teenage Club
L-Għaqda se tkompli tiftaħ id-Deaf Club ghat-Teenagers kull ħmistax mis-7.00p.m sad-9.00p.m. L-Għaqda mhux se tkompli tipprovdi traspo
rt ghal dan il-klabb minħabba li ftit kienu qed jużawh. Ħafna mill-membri kbiru u bdew juzaw it-trasport pubbliku waqt li oħrajn bejn jiġu mal-ġenituri tagħhom. L-Għaqda theġġeġ lill-membri ta' dan il-klabb biex jikkoperaw bejniethom rigward it-trasport.It-Teenage Club se jiltaqa' f'dawn il-ġranet:
Il-Ġimgha, 12 ta' Novembru, 26 ta' Novembru, u 11 ta' Diċembru
9. Dejjem Tiegħek Becky
Id-direttur tal-programm "Dejjem Tieghek Becky" ikkuntattja lill-Għaqda biex tinstab attriċi biex taħdem il-parti ta' persun
a neqsin mis-smigħ. L-ewwel xewqa tagħha kienet li kien persuna li tisma' u li taf tissanja. L-Għaqda uriet ix-xewqa li din il-parti tinħadem minn persuna li tassew hi nieqsa mis-smigħ u offriet ukoll li tgħin permezz tas-serviżż ta' l-interpriti tagħha. Din it-talba ntlaqgħet u din il-parti qed tinħadem minn Joanna Magrin, membru tal-Għaqda tagħna. L-Għaqda ukoll qed tagħti pariri biex permezz ta' dan il-programm il-pubbliku jsir jaf aktar dwar il-persuni neqsin mis-smigħ u kif wieħed jista' jikkomunika aħjar magħhom.10. Infakkrukom
Il-PBS qed ixandar l-aħbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd. Kien hemm bidla fil-ħin u issa dawn qed jixxandru fis-sitta nieqes għaxra (5.50pm).
Il-membri jistgħu jixtru bi prezz irħis il-batteriji tal-hearing aids mid-Deaf Club meta dan ikun miftuħ.
Min għandu bzonn tas-servizz tas-Social Workers tal-Agenzija SAPPORT jista' jikkunttattjahom bil-mobile 79442121
11. Attivitajiet li Saru
L-Istitut tal-Lingwistika, flimkien mal-Fakulta ta' l-Edukazzjoni, qed torganizza kors dwar l-edukazzjoni ta' persuni neqsin mis-smigh lill-istudenti ghalliema ta' l-iskejjel primarji.
Żewġ lectures minn dan
il-kors saru fid-Deaf Club. Dawn l-għalliema ltaqgħu ma' numru zgħir ta' persuni neqsin mis-smigħ u familjari tagħhom (ġenituri, aħwa u nisa tagħhom) fejn qasmu l-esperjenzi ta' familji differenti li għandhom membru nieqes mis-smigħ. Din is-serata ntlaqgħet tajjeb kemm mill-istudenti kif ukoll minn dawn il-membri tal-Għaqda.L-Għaqda rceviet ilmenti li kien hemm studenti neqsin mis-smigħ li kien ilhom xhur sħaħ mingħajr hearing aids li suppost jaghtuhom id-Dipartiment
tas-Saħħa. L-Għaqda kitbet lid-Dipartiment u anke ħarġet żewġ stqarrijiet lill-media kollha. L-Għaqda tieħu pjaċir tinnota li dawn il-hearing aids issa waslu. L-Għaqda tinsisti li dan id-dewmien għandu jispiċċa u se tkompli taħdem biex l-istudenti neqsin mis-smigħ ikollhom il-hearing aids mid-Dipartiment tas-Saħħa mill-ewwel.L-Għaqda ilha tirċievi ilmenti li hemm nuqqas kbir ta' għalliema għall-istudenti neqsin mis-smigħ. L-Għaqda kitbet diversi drabi lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u anke kellha laqgħa mal-Kap ta' l-Iskola Helen Keller fuq din il-problema kbira. L-Għaqda ħarġet stqarrija lill-media kollha biex l-pubbliku jsir jaf aktar dwar din il-problema kbira. Sfortunatament din il-problema għadha ma ssolvietx. L-Għaqda se tkompli taħdem biex ikun hemm soluzzjoni malajr.
L-Għaqda hi membru tal-Kunsill Malti tal-Persuni b'Dizabilita li twaqqaf dan l-aħħar. Is-sur Natalino Psaila jirrappreżenta lill-Għaqda fuq dan il-Kunsill.
L-Għaqda qed tieħu sehem f'diskussjonijiet li qed isiru biex ikun hawn federazzjoni li tirrapprezenta lill-Għaqdiet tal-Persuni b'Dizabilita f'Malta u fuq il-livell Ewropew.
12. Attivitajiet ippjanati
L-Għaqda diġa uriet fil-pubbliku l-inkwiet tagħha minħabba li mhix kuntenta bis-servizzi li l-istudenti neqsin mis-smigħ jirċievu mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u tas-Saħħa. Fil-fatt hemm nuqqas kbir ta' għalliema tal-persuni neqsin mis-smigħ kif ukoll dewmien fl-għoti tas-sevizzi adjologici.
Ghalhekk l-Għaqda qed tippjana li torganizza seminar dwar dawn is-servizzi biex wara li tisma' lill-kulħadd tagħmel il-proposti tagħha lill-awtoritajiet u taħdem biex dawn il-proposti jitwetqu għall-ġid ta' istudenti neqsin mis-smigħ kollha.
L-Għaqda issa ilha tlett snin tipprovdi s-servizz ta' interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Hi tixtieq li tisma' aktar fuq kif dan
is-servizz jista' jikber u jitjieb. Għalhekk bi ħsiebha li fil-bidu tas-sena d-dieħla torganizza seminar dwar dan. Dan is-seminar se jsir ukoll biex, flimkien mal-Istitut tal-Lingwistika u l-Fondazzjoni Zvilupp tal-Lingwa tas-Sinjali jiġi ppreżenta t-tieni taqsima tad-Dizjunarju tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija.L-Għaqda waqfet sotto-kumitat ta' l-isports. Dan qed jippjana biex bejn Frar u Mejju 2005 jorganizza Indoor-competitions. Il-logħob huma: a) Darts 501 b) Darts XXX c) Table-tennis d) Table-Soccer e) Billiard f) Chess g) Draughts. Il-parteċipanti jridu jkunu minn 13-il sena 'il fuq imma ghad-darts iridu jkunu minn 16-il sena 'l fuq. Min jiehu sehem irid ihallas hekk:
|
Sport wiehed |
Lm1.00 |
|
2 Sports |
Lm2.00 |
|
3 jew 4 Sports |
Lm3.00 |
|
5 Sports |
Lm4.00 |
|
6 jew 7 Sports |
Lm5.00 |
Il-parteċipanti għadhom javżaw lil George Vella jew Steve Mulvenay dwar liema sports u jridu jħallsu
sal-14 ta' Jannar 2005. Min jixtieq aktar dettalji jikteb lil dan is-sotto-kumitat fuq l-email: dsamalta@yahoo.comTislijiet
Chris Ripard
Segretarju
Formola A
Lezzjoni tal-Malti ghall- Adulti Neqsin mis-Smigħ
Min jixtieq jattendi dawn il-lezzjonijiet jimla din il-formola u jibgħata d-Deaf Club, 45,
Lascarsi Wharf, Valletta sat-30 ta' Novembru 2004.
Isem u Kunjom il-Persuna li se tattendi ____________________________
Indirizz ____________________________________________________
Mobile (jekk għandu) _________________________
Formola B
Party ghat-Tfal Neqsin mis-Smigh u Hbiebhom
Min għandu tfal taħt it-12-il li se jattendu dan il-party jimla din il-formola u jibgħatha sal-10 ta' Diċembru 2004, id-Deaf Club, 45, Lascarsi Wharf, Valletta.
Isem |
Eta' |
Tifel jew tifla |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|