Harga Marzu 2004
1. Laqgha Generali Annwali
Il-Kumitat zzamm il-Laqgha Generali Annwali tal-Ghaqda il-Hadd, 7 ta’ Marzu 2004, fid-Deaf Club, Xatt Lascaris, Valletta. Fiha gew ipprezentati ir-rapporti amministrattiv u finanzjarju ghas-sena 2003. Min jixtieq kopja ta’ dawn ir-rapporti, jibghat envelopp fl-indirizz tieghu mnizzel fuqu u bolla ta’ 7c u nibaghtulu kopja.
2. Maratona tax-Xaghar u s-Sbuhija
Fis-sena 2003, l-Ghaqda halset aktar minn Lm13,100 u dahlet Lm9,300. Dan ifisser li l-Ghaqda ghandha bzonn tigbor hafna flus biex tkun tista’ tkompli bix-xoghol li qed taghmel u anke zziedu.
Wahda mill-attivitajiet li se jsiru biex nigbru flus ghall-Ghaqda hi din il-maratona li se ssir mill-Iskola tax-Xaghar u s-Sbuhija. Din se ssir hekk:
Granet Il-Hadd 22 u t-Tnejn 23 ta’ Marzu 2004.
Post Studio 7, B’kara By-Pass, B’kara.
Il-membri tal-Ghaqda huma mhegga biex
- f’dawn il-granet huma u l-hbieb taghhom imorru jaqtghu xagharhom u jaghmlu trattamenti ohrajn f’din il-maratona; u
- min jista’ jiddedika ftit hin biex jghin jikkunttatja lil Roger Borg fuq it-telefon 21 336179. Hemm hafna xoghol xi ssir bhal tindif, hasil tax-xugamani, nwiegbu t-telefon, ecc.
Grazzi lil din l-Iskola u l-Istudenti taghha
3. Infakkrukom
Teenage Club
L-Ghaqda qed tkompli torganizza attivita kull hmistax ghat-teenagers deaf u l-hbieb taghhom. Din isir il-Gimgha bejn is-6.30 u 8.30 u jkollna t-trasport. Min irid aktar informazzjoni jikkuntattja lil Fred Bezzina, Mob: 79421088.
Deaf Club
Id-Deaf Club qed jiftah kull nhar ta’ Gimgha, mit-8.00 p.m sa l-10 p.m. u kull nhar ta’ Hadd, mill-10 a.m. sa nofs in-nhar.
Batteriji tal-Hearing Aids
Il-membri jistghu jixtru b’ prezz irhis il-batteriji tal-hearing aids mid-Deaf Club meta jkun miftuh.
Servizz ta’ Interpretu
L-Ghaqda tipprovdi s-servizz ta’ interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija permezz tas-sinj. Maria Azzopardi meghjuna mis-Sinj. Damaris Fenech u Noel Kenely. Min jixtieq dan is-servizz jista’ jibghat SMS lil Maria fuq il-mobile 99826931 jew bl-email - azzomar@hotmail.com.
Quddiesa bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija
L-Ghaqda qed tkompli torganizza quddiesa fl-interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Din isir fil-Kappella ta’ l-Universita, fis-7.30p.m. kull nhar ta’ Sibt.
Ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali
Il-PBS qed ixandar l-ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija kuljum mit-Tnejn sal-Hadd bejn is-6.30p.m.u 6.45p.m u l-ghada fil-ghodu waqt il-programm l-Ghodwa t-Tajba.
Mizata tal-Ghaqda
Il-membri huma mhegga jhallsu l-mizata ta’ Lm3 ghas-sena 2004. Huma jistghu jhallsu fid-deaf club jew jibaghtu cekk bil-posta fl-indizizz ta’ hawn fuq.
Tislijiet
Chris Ripard
Segretarju
Lura lejn ic-Cirkulari ta' l-Ghaqda