Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ (Malta)
Deaf People Association (Malta)

Il-Kumitat

Il-Membri

Latest News

Il-Klabb

Il-Lingwa tas-Sinjali
Maltija

L-Edukazzjoni

Iċ-Ċirkulari

L-Attivitajiet

Il-Kultura

Il-Kuntatt

Links


Informażżjoni u Kultura Dwar Persuni Neqsin mis-Smigħ


A. Ġenerali

1. Kemm hawn persuni Deaf f'Malta?

2. X'jikkawża n-nuqqas ta' smigħ?

3. Il-persuni Deaf kollha l-istess?

4. Il-persuni deaf iħobbuha l-mużika?

5. Il-persuni deaf jaraw televixin/films?

6. Il-persuni deaf jistgħu jsuqu?

7. Il-persuni deaf huma persuni b'diżabilita?

8. X'inhu t-terminu li l-persuni deaf jipprefru li jsejħulhom u għaliex?

9.Hemm xi operazzjoni li tfejjaq persuna li jkollha nuqqas ta' smigħ?


B. Hearing Aids u għajnuniet tekniċi ohra.

1. Bil-hearing aids tiġi tisma’ normali?

2. Il-persuni deaf kollha jilbsu hearing aids?

3. Ghaliex hemm min jilbes 2 hearing aids?

4. X’inhuma t-tipi differenti ta’ hearing aids?

5. X’inhi l-Cochlear Implants?

6. X’inhi l-Radio Aid?

7. X’inhi l-loop system?

8. X’inhu t-textelefon?

9. Hemm għajnuniet tekniċi oħra għal-persuni deaf?

10. Kif jista’ l-Vidjofon jghin lill-persuni deaf?

11. Hemm xi apparat iehor li jghin lill-persuni deaf?


C. Familja.

1. Il-persuni deaf jistghu jizzewgu?

2. It-tfal ta’ kopja deaf jitwieldu deaf?

3. Ghaliex hemm kopji li jizzewgu persuni deaf stess u ohrajn le?


D. Komunikazzjoni.

1. Il-persuni deaf kollha jissanjaw?

2. Il-persuni deaf kollha jaqraw ix-xofftejn?

3. Jekk it-tfal jitghallmu jissanja ma jitghallmux jitkellmu?

4. Ghaliex id-deaf ghandhom diffikulta biex jitkellmu?

5. Is-Sign language hi universali?

6. Ghaliex m’hemmx sign language universali?


E. Deaf Club.

1. Ghaliex id-deaf iridu li jkollhom deaf club?

2. Id-deaf club mhux jissegrega lill-persuni deaf?


F. Edukazzjoni.

1. Fejn l-ahjar li jiehdu l-edukazzjoni taghhom fi skola regolari jew skola specjali?

2.Studenti deaf ghandhom ikollhom facilitators?

3. Ghandhom jitghallmu l-Ingliz u lingwa ohra?

4. Il-persuni deaf kapaci jmorru l-Universita?


G. Interpretazzjoni.

1. X’inhu x-xoghol ta’ l-interptu tal-lingwa tas-sinjali?

2. L-interpretu jrid jinterpreta kollox?

3. Meta jkun hemm interpretu l-kelliem jindirizza lilu/lilha jew lill-persuni li jkunu qed jikkomunikaw maghhom?


Ħ. Xogħol.

1. Id-deaf jistghu jahdmu?



A. Ġenerali

1. Kemm hawn persuni Deaf f'Malta?

Jiddependi min kif tiddefinixxi persuni deaf.

Jekk naqsmuhom f'dawk li jitwieldu b'nuqqas sinifikanti ta' smigh, bejn wiehed u iehor ikun hawn wiehed kull elf persuna jigifieri f'Malta jkun hawn madwar 400 persuna. Mhux kollha jkollhom nuqqas sever ta' smigh. Jekk tiehu dawk li jitilfu s-smigh matul hajjithom, l-aktar persuni anzjani, issib li l-figuri jvarja hafna bejn 10 fil-mija tal-popolazzjoni u 20 fil-mija (20%). Dan hu dovut l-aktar ghall-fatt li n-nuqqas tas-smigh ma jidhirx u hafna jippruvaw jahbu dan in-nuqqas. Il-mentalita qed tinbidel u ghalhekk aktar nies qed juru li ma jisimghux u li ghandhom bzonn l-ghajnuna. Ghalhekk in-numri qed jikbru u jkunu aktar veri.

Lura fuq

2. X'jikkawza n-nuqqas ta' smigh?

Dawk li jitwieldu b'nuqqas tas-smigh il-kawzi jistghu jkunu:

  • genitici;
  • infezzjonijiet serji fl-omm waqt it-tqala (ez. rubella);
  • nuqqas ta' zvilupp tajjeb tat-tarbija mhux imwielda;
  • kumplikazzjonijiet waqt it-twelied (ez. nuqqas ta' ossignu).


  • Dawk li jitilfu s-smigh matul il-hajja:

  • l-anzjanita;
  • mard serju (ez. meningite);
  • hsejjes qawwija u ghal hinijiet twal;
  • certi medicini (ez. streptomicine);
  • incidenti (ez. daqqiet qawwija fuq ir-ras);
  • mard tal-widna jew tan-nerv tas-smigh.


  • Lura fuq

    3. Il-persuni Deaf kollha l-istess?

    Le. L-akbar fatturi ta' differenza huma:

  • jekk in-nuqqas hux mit-twelied jew le;
  • is-severita tan-nuqqas;
  • il-mod kif jikkomunikaw.
  • Bhala regola generali, min jitwieled b'nuqqas sever ta' smigh ikollu diffikulta biex jitghallem jitkellem. Min jitwieled b'nuqqas anqas serju jista' jkollu xi difetti fid-diskors barra diffikulta biex jisma'.

    Min jitlef is-smigh wara li jkun tghallem jitkellem ikollu diffikulta biex jisma' u jekk in-nuqqas ikun kbir jista' ukoll jizviluppa diffetti fid-diskors.

    Bhala regola, il-maggoranza ta' persuni li jitwieldu b'nuqqas sever ta' smigh jikkomunikaw bil-lingwa tas-sinjali ta' pajjizhom waqt li, bhala regola, dawk li jitwieldu b'nuqqas zghir ta' smigh jew li jitilfu s-smigh wara li jitghallmu jitkellmu, jikkomunikaw bid-diskors mghejjun bil-qari tax-xofftejn u apparat tekniku (ez il-hearing aids).

    Lura fuq

    4. Il-persuni deaf iħobbuha l-mużika?

    Ma tistax tiggeneraliza. Bhala regola, dawk li twieldu b'nuqqas kbir ta' smigh difficli japprezzaw il-muzika ghalkemm jistghu jhossu r-ritmu (l-aktar il-bass u d-drums). Dawk li jkollhom nuqqas inqas sever hemm min japprezza u jhobb il-muzika. Dawk li jitilfu s-smigh matul il-hajja, hemm min jibqa' jhobb l-muzika (ez: Beethoven) u hemm min jaqta' qalbu.

    Lura fuq

    5. Il-persuni deaf jaraw televixin/films?

    Dawk li twieldu b’nuqqas sever ta’ smigh isibu diffikulta jsewgu programmi tat-televixin jekk ma jkunux interpretati bil-lingwa tas-sinjali. Numru sostanzjali minnhom ukoll isibu diffikulta jsegwu s-sotto-titoli minhabba li lingwa mitkellma (u miktuba) hi t-tieni lingwa taghhom. Dawk li jitilfu s-smigh matul il-hajja, jistghu jsegwu t-televixin b’permezz ta’ apparat li jgholli l-volum u permezz tas-sotto titoli.

    Hafna deaf li twieldu b’nuqqas sever ta’ smigh ihobbu jaraw films ta’ azzjoni u li mhux difficli ssegwi l-istorja bla hafna kliem. Jigifieri jippreferu programmi tal-gwerer cartoom aktar milli programmi ta’diskussjoni.

    Lura fuq

    6. Il-persuni deaf jistgħu jsuqu?

    Iva. Hafna deaf jsuqu u jsuqu tajjeb. Studji barra minn Malta li saru biex jaraw jekk persuni deaf ghandhomx incidenza oghla ta’ incidenti tat-traffiku wrew li dan mhux il-kaz. Is-sewqan hi ezercizzju primarjament viziv. Il-persuni deaf juzaw hafna aktar il-mirja biex isuqu.

    Lura fuq

    7. Il-persuni deaf huma persuni b'diżabilita?

    Hemm attivisti deaf li juzaw il-lingwa tas-sinjali biex jikkomunikaw li jqisu lilhom infushom aktar bhala membri ta’ minorita lingwistika ghax juzaw il-lingwa tas-sinjali u milli bhala persuni b’dizabilita ghax ghandhom nuqqas ta’ smigh. Huma jsostnu li jekk il-problemi lingwistici taghhom jigu solvuti huma jsolvu hafna mill-problemi li jiltaqghu maghhom.

    Min-naha l-ohra, il-maggoranza tal-persuni deaf (inkluz il-maggoranza ta’ dawk li juzaw il-lingwa tas-sinjali biex jikkomunikaw) jaghmlu uzu mill-provedimenti u s-servizzi mahsuba ghall-persuni b’dizabilita (ez. il-Ligi Opportunitajiet Indaqs).

    Lura fuq

    8. X'inhu t-terminu li l-persuni deaf jipprefru li jsejħulhom u għaliex?

    Meta wiehed iqis il-varjetajiet differenti li hemm fi gruppi ta’ persuni neqsin mis-smigh, difficli li jinstab terminu accettabbli ghal kulhadd.

    Bl-Ingliz hemm 3 termini uzati hafna:

    a) hearing impaired li generalment jintuza ghal kull min ghandu xi nuqqas ta’ smigh;

    b) hard of hearing li generalment jintuza ghal min ghandu nuqqas sinifikanti imma mhux kbir ta’ smigh u li jikkomunikaws bid-diskors mghejjun mill-qari tax-xofftejn u apparat tekniku (ez. hearing aids);

    c) deaf li generalment jintuza ghal min twieled b’nuqqas serju ta’ smigh u li generalment jikkomunikaw bil-lingwa tas-sinjali ta’ pajjizhom. Persuni attivisti juzaw l-kelma Deaf (bl-ittra D kapitali) biex juru li huma parti minn ghal sub-grupp kulturali-lingwistiku.

    F’Malta, jintuzaw l-aktar zewg termini: neqsin mis-smigh li bejn wiehed u iehor hu ekwivalenti ghal hearing impaired u trux li bejn wiehed u iehor hu ekwivalenti ghal deaf.

    L-Ghaqda Persuni Neqsin mis-Smigh (Malta) li bhala regola tirrapprezenta l-interessi tal-persuni li twieldu b’nuqqas sever ta’ smigh u li juzaw il-Lingwa tas-Sinjali Maltija ma taccettax li tuza t-terminu trux/torox u minflok tuza biss t-terminu nieqes mis-smgh ghalkemm taghmel uzu qawwi tal-kelma deaf. Prattikament din l-Ghaqda tqies il-kelma deaf bhala kelma Maltija.

    Lura fuq

    9.Hemm xi operazzjoni li tfejjaq persuna li jkollha nuqqas ta' smigħ?

    Hemm certi kundizzjoniet fil-parti ta’ barra u tan-nofs tal-widna li jikkawza nuqqas ta’ smigh. Bhala regola dawn jistghu jigu kkoreguti bil-medicina jew b’operazzjoni.

    Meta n-nuqqas ikun dovut ghal parti ta’ gewwa tal-widna, tan-nerv tas-smigh jew tal-mohh ma hemm xejn medicament x’jista’ jsir.

    Illum qed isir operazzjoni biex jigi implantat hearing aid/s (maghruf bhala cochlear implant) fil-widna.

    Lura fuq


    B. Hearing Aids u għajnuniet tekniċi ohra.

    1. Bil-hearing aids tiġi tisma’ normali?

    Le. L-ebda hearing aid li jezisti llum (inkluz il-cochlear implant) ma jgib persuna tisma’ bhal bniedem li ghandu smigh “normali”. Hemm diversi fatturi ghal dan.

    Bhala regola persuna b’nuqqas mhux kbir ta’smigh u li tilfet dan is-smigh wara li tghallmet titkellem issib l-uzu tal-hearing aid/s ta’ ghajnuna akbar. Barra minn hekk illum hawn diversi hearing aids differenti u l-ghajnuna li joffru tvarja.

    Lura fuq

    2. Il-persuni deaf kollha jilbsu hearing aids?

    Le. Ir-ragunijiet huma diversi u li jinkludu

  • jisthu (l-aktar dawk anzjani);
  • ma jghinhomx;
  • ma jistghux minhabba xi kundizzjoni fizika (ez. infezzjoniet spissi fil-widna);
  • ma nghatawx hearing aid adatt ghalihom.

    Lura fuq

    3. Ghaliex hemm min jilbes 2 hearing aids?

    Ahna nisimghu minn zewg widnejn (stereo) l-aktar biex inkunu nafu (nillokalizzaw) minn fejn gej il-hoss. Min juza zewg hearing aids jaghmel dan ghall-istess raguni.

    Generalment, in-nuqqas tas-smigh ma jkunx l-istess fiz-zewg widnejn u ghalhekk hemm min jilbes hearing aid wiehed ghax mill-widna l-ohra, il-hearing aid ma jghinux.

    Lura fuq

    4. X’inhuma t-tipi differenti ta’ hearing aids?

    B’mod semplici l-hearing aids llum jistghu jinqasmu fi 3 gruppi:

    a) dawk li jintlibsu wara l-widna (behind the ear);
    b) dawk li jintlibsu gol-widna (in the ear);
    c) dawk li ssir operazzjoni biex parti minnhom tigi implantata fil-widna (cochlear implant).

    Hemm zewg tipi ta’ hearing aids ta’ wara l-widna u ta’ gol-widna: digital u analogue. Tal-ewwel jigu pprogrammati skond in-nuqqas tas-smigh ta’ l-individwu.

    Id-differenza bejn ta’ wara l-widna u ta’ gol-widna hi biss kosmetika (jigifieri biex il-hearing aids ma jidhirx).

    Ta’ gol-widna difficli jintuzaw minn persuni li ghanndhom nuqqas kbir ta’ smigh ghax ikun hemm feedback u l-hearing aid jibda jsaffar. Feedback hu kkawzat meta l-hoss amplifikat mill-hearing aid jinqabad mill-mikrofon tal-hearing aid li jikkawza tisfiera.

    Lura fuq

    5. X’inhi l-Cochlear Implants?

    Il-cochlear implant huma l-aktar hearing aids sofistikati li hawn fis-suq. Parti minnha tigi implantatat fil-parti ta’ gewwa tal-widna b’operazzjoni waqt li l-parti l-ohra tintlibes fuq barra. Sal-lum, dawn l-operazzjonijiet isiru lill-persuni li ma jistghux jaghmlu uzu tajjeb tal-hearing aids l-ohra (tal-wara u ta’ gol-widna). Bhala regola dan ifisser li din l-operazzjoni ssir lill-persuni li ghandhom nuqqas kbir hafna ta’ smigh.

    Din l-operazzjoni ma ssirx Malta u l-Gvern joffrieha biex isir barra minn Malta lil min it-tobba jahsbu li jista’ jibbenefika minnha.

    Lura fuq

    6. X’inhi l-Radio Aid?

    Il-hearing aid jitlef hafna jekk il-kelliem ikun ‘il boghod mill-persuna li tkun qed tisma’ bih. Dan l-effett jista’ jonqos hafna jekk il-kelliem ikollu mikrofonu mqabbad mal-hearing aid. Ir-radio aid hu propju dan. Il-kelliem jilbes mikrofnu li jitrassmetti l-vuci permezz ta’ radio waves (jigifieri minghajr wires). Dawn jingabru minn appart li jkun mal-hearing aid u hekk min jilbes dan l-apparat ikun qed jisma’ daqs li kieku l-kelliem kien hdejh.

    Lura fuq

    7. X’inhi l-loop system?

    Il-loop system hi wire mdawwar ma’ area (kamra, mejda, siggu, ecc) mqabbad ma mikrofonu. Il-mikrofonu jwassal il-vuci f’dik l-area mdawra b’dak il-wire. Persuni li jilbsu l-hearing aid u li jkunu go dik l-area jkunu jistghu jaqilbu l-hearing aid taghhom biex ikunu jistghu jisimghu ahjar dik il-vuci. Hekk huma jisimghu daqs li kieku l-kelliem kien hdejhom. Il-hearing aid irid ikun tajjeb biex jintuza mal-loop system kif huma l-maggoranza tal-hearing aids tal-lum.

    Lura fuq

    8. X’inhu t-textelefon?

    Textelefon hu telefon specjali uzat minn persuni deaf. Dan jikkonsisti fi skrin u tajpriter zghira. Il-persuna tuza t-tajpriter biex tikteb il-messagg flok titkellem. Dan imur in-naha l-ohra u l-persuna taqra dan il-messag fuq l-iskrin flok tisimghu, Biex dan isehh iz-zewg nahat irid ikollhom dan l-apparat. Barra minn hekk, il-kelliem irid jistenna l-iehor jispicca biex jaghti r-risposta u ghalhekk it-telefonata tiehu fit-tul aktar.

    Relay service hu operatur uman li jghin biex isir telefonata bejn xi hadd li ghand textelefon u iehor li ma ghandux. L-operatur ikollu kompjuter li jircievi l-messagg miktub minghand it-textelefon u jibghatu lil dak li ma ghandux textelefon bid-diskors u vici versa.

    F’Malta hawn madwar 50 pesuna deaf li ghandhom textelefon pprovdut mill-Maltacom u ghandna relay service imhaddem mit-Telepage u mhallas mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita.

    Lura fuq

    9. Hemm għajnuniet tekniċi oħra għal-persuni deaf?

    a. Svelarjin li jivvibra flok jaghmel hoss;
    b. qanpiena ta’ barrra li jkollha bozza/bozoz li tteptep flok taghmel hoss;
    c. smoke alarms (jew alarms ohra) li flok hoss jibghatu sinjali bid-dawl;
    d. apparat li jzied il-qawwa tal-hoss tat-telefon jew tat-televixin;
    e. qanpiena tat-telefon li tghajjat hafna.

    Lura fuq

    10. Kif jista’ l-Vidjofon jghin lill-persuni deaf?

    Il-vidjofon jista’ jghin lill-persuni deaf

    a) jaqraw ix-xoftejn ta’ min icemplilhom;
    b) jikkomunikaw bil-lingwa tas-sinjali permezz tieghu;
    c) jaghmlu dawn iz-zewg affarijiet flimkien.

    Barra minn hekk illum il-vidjofon qed jintuzaw barra minn Malta biex l-interpretu tal-lingwa tas-sinjali jaghti s-servizz tieghu permezz ta’ vidjofon. Dan ifisser li s-servizz jigi orhos u anke tigi solvuta ftit il-problema ta’ nuqqas ta’ interpreti li hawn tista’ tghid fid-dinja kollha.

    Lura fuq

    11. Hemm xi apparat iehor li jghin lill-persuni deaf?

    L-SMS bil-mobajl u l-emails jghinu hafna lill-persuni deaf biex ikunu jistghu jikkomunikaw bejniethom u ma’ ohrajn. Fil-fatt hafna persuni deaf illum ghandhom mobajl.

    Lura fuq


    C. Familja.

    1. Il-persuni deaf jistghu jizzewgu?

    Iva. Fil-fatt hemm persuni deaf li jizzewgu persuna ohra deaf u oharjn li jaghzlu li jizzewgu persuna li mhix deaf. Barra minn Malta l-maggoranza tal-persuni li twieldu b’nuqqas sever ta’ smigh jizzewgu persuni bhalhom neqsin mis-smigh u jezistu generazzjoniet wara xulxin ta’ persuni deaf li jwasslu ghal erba’ jew aktar generazzjonijiet.

    Lura fuq

    2. It-tfal ta’ kopja deaf jitwieldu deaf?

    Le. Mhux it-tfal kollha ta’ koppja deaf bil-fors ikunu deaf (naturalment dan jghodd ukoll jekk persuna wahda mill-kopja tkun deaf). Jiddependi mill-kawza tan-nuqqas tas-smigh tal-genituri. Pero anke jekk kopja deaf li t-tnejn ghandhom nuqqas ta’ smigh genetiku (li jintiret) xorta jista’ jkollhom tfal jisimghu ghalkemm ic-cans ta’ dan generalment ikun zghir.

    Lura fuq

    3. Ghaliex hemm kopji li jizzewgu persuni deaf stess u ohrajn le?

    Naturalment dan jiddependi mill-individwi. Hemm persuni deaf li jhossu li jista’ jkollhom kwalita ta’ hajja ahjar jekk il-partner taghhom tkun tisma’ ghax tiffacilita l-komunikazzjoni l-aktar ma’nies ohra li jisimghu. Ohrajn jemmnu li jista’ jkollhom relazzjoni ahjar jekk il-partner taghhom tkun bhalhom deaf.

    Lura fuq


    D. Komunikazzjoni. 1. Il-persuni deaf kollha jissanjaw?

    Le.

    Il-maggoranza tal-persuni li twieldu b’nuqqas sever ta’ smigh ma jirnexxielhom jitghallmu jitkellmu b’mod effettiv u ghalhekk jikkomunikaw permezz tal-lingwa tas-sinjali. Hemm numru zghir li twieldu hekk li xorta tghallmu jitkellmu. Uhud minnhom jussanjaw ukoll, ohrajn le.

    Il-maggoranza ta’ persuni li jitwieldu b’nuqqas zghir ta’ smigh ma jikkomunikawx bil-lingwa tas-sinjali.

    Il-maggoranza assoluta ta’ persuni li tilfu s-smigh matul il-hajja ma jikkomunikawx bil-lingwa tas-sinjali.

    Lura fuq

    2. Il-persuni deaf kollha jaqraw ix-xofftejn?

    Iva b’modi differenti. Hemm persuni deaf li jsibuha facli u ohrajn difficli biex jaqraw ix-xofftejn. Bhala regola persuna li taf titkellem taqra x-xofftejn ahjar. Pero l-qari tax-xofftejn hi

    • 20 fil-mija guess work;
    • trid koncentrazzjoni kbir u jghejjiek hafna;
    • jiddependi hafna mill-kelliem kemm juza x-xofftejn biex jitkellem, jahtafx il-kliem, jiccaqlaqx hafna, ghandux l-baffi,ecc

    • jiddependi minn fatturi ambjentali ohra bhal dawl, id-distanza, ecc;
    • fi grupp difficli aktar taqra x-xofftejn ghax sakemm tinduna min qed jitkellem titlef l-ewwel parti tad-diskors.

    Lura fuq

    3. Jekk it-tfal jitghallmu jissanja ma jitghallmux jitkellmu?

    Saru studji fuq tfal li ghandhom diffikulta biex jitghallmu jitkellmu mnhabba nuqqas ta’ smigh jew minhabba nuqqas fl-zvillupp mentali (ez. tfal bid-Down Syndrome). Irrizulta li meta dawn tghallmu jikkomunikaw bis-sinjali huma:

    • kellhom zvillupp psikologiku u socjali ahjar,
    • hafna minnhom bdew jitghallmu jitkellmu aktar.
    4. Ghaliex id-deaf ghandhom diffikulta biex jitkellmu?

    It-tfal jitghallmu jitkellmu ghax jisimghu lil min jitkellem. Fil-fatt tifel li twieled Malta u wara ftit imur joqghod ic-Cina u jibdew ikellmuh bic-Ciniz jitghallem ic-Ciniz u mhux il-Malti. Ghalhekk tfal li jitwieldu ma jismghux jew ma jisimghux sew jkollhom diffikulta biex jitghallmu jitkellmu. Xi ftit tfal li twieldu b’nuqqas kbir ta’smigh b’hafna tghalliem u ambjent pjuttost idejali jitghallmu jitkellmu.

    Lura fuq

    5. Is-Sign language hi universali?

    Le. Bhal kull lingwa ohra, is-sign language hi mibnija fuq il-kultura fejn tikber. Ghalhekk kull pajjiz ghandu l-lingwa tas-sinjali tieghu. Ezempju car ta’ dan hu s-sinjali Malti ta’dar tirrifletti s-saqaf catt tad-djar taghna waqt li s-sinjal Brittaniku ta’ dar jirrifletti s-saqaf bil-ponta nordiku.

    Lura fuq

    6. Ghaliex m’hemmx sign language universali?

    Fil-fatt hawn sign language internazjoanli jisimha Gestuno. Din tintuza l-aktar waqt konferenzi internazzjonali. Pero qatt ma qabdet fil-pajjizi differenti.

    Lura fuq


    E. Deaf Club.

    1. Ghaliex id-deaf iridu li jkollhom deaf club?

    Il-persuni deaf jghixu hajjithom kollha fid-dinja ta’ persuni li jisimghu fejn il-kelma mitkellma hi dominati ghall-ahhar. Persuni deaf li l-ewwel lingwa taghhom hi dik tas-sinjali jghaddu hajjithom il-hin kollu f’diffikulta biex jikkomunikaw. Huma jhossuhom relassati meta jkunu f’ambjent fejn il-komunikazzjoni hi wahda facli ghax isir bil-lingwa tas-sinjali. Hafna drabi dan l-ambjent isibuh fid-deaf club. F’dan l-ambjent huma l-persuni li ma jafux il-lingwa tas-sinjali li jhossuhom zvantaggjati.

    Lura fuq

    2. Id-deaf club mhux jissegrega lill-persuni deaf?

    Tista’ tkun f’nofs folla u ma tkunx integrat u tista’ tkun ma’ zewg persuni u thossok parti minn komunita. Il-persuni deaf li l-ewwel lingwa taghhom hi l-lingwa tas-sinjali ma jhossuhomx integrati f’ambjent fejn il-komunikazzjoni ssir bil-lingwa mitkellma. Ghalhekk ihossu l-bzonn li fil-waqt li hajjithom jghadduha fid-dinja tal-persuni li jisimghu (cioe integrati) ghal ftit hin fil-gimgha huma jirrilissaw fid-dinja taghhom.

    Lura fuq


    F. Edukazzjoni.

    1. Fejn l-ahjar li jiehdu l-edukazzjoni taghhom fi skola regolari jew skola specjali?

    Tfal li ghandhom nuqqas zghir ta’ smigh u li jirnexxielhom jitghallmu jitkellmu zgur li ghandhom jiehdu l-edukazzjoni taghhom fi skola regolari bi sapport li ghandhom bzonn.

    Fil-kaz ta’ tfal li ghandhom nuqqas ta’ smigh sever u li ftit li xejn jikkomunikaw bil-kelma mitkelma u minflok jikkomunikaw bil-lingwa tas-sinjali, ikun tajjeb li jkollhom ambjent fejn jistghu jikkomunikaw ma’ persuni fluwenti fil-lingwa taghhom. Ghalhekk barra minn Malta, l-aktar il-pajjizi Skandinavi jinsistu, li jkun hemm skejjel ta’ studenti deaf. F’Malta fejn in-numru ta’ dwan l-istudenti huwa zghir hafna, jista’ jkun l-ahjar soluzzjoni tkun li studenti deaf jingabru fi skejjel regolari regjonali. Per ezempju l-iskola primarja ta’ B’kara tigbor l-istudenti deaf tar-regjun taghha li jkun jinkludi Hal Lija, Hal Balzan, H’Attard, Santa Venera, San Gwann, ecc. F’dawn l-iskejjel regjonali barra li dawn l-istudenti jkunu jistghu jikkomunikaw aktar bejniethom bil-lingwa tas-sinjali, huma jkollhom s-sapport ta’ ghalliema specjalizati u interpreti biex huma jkunu jistghu jsegwu l-istess kurikulu ta’ l-istudenti l-ohra.

    Lura fuq

    2.Studenti deaf ghandhom ikollhom facilitators?

    Studenti deaf ghandhom ikollhom ghajnuna li permezz taghha huma jistghu jaccessaw il-kurrikulu bhal studenti ohra. Jekk huma jikkomunikaw bil-lingwa tas-sinjali huma ghandhom ikollom persuni (l-ghalliema stess, facilitator, interpreti, sejhilhom li trid) li jkunu kapaci jikkomunika maghhom b’din il-lingwa.

    Ghandhom bzonn ukoll ghajnunna biex jitghallmu jiktbu u jaqraw bil-lingwa mitkellma taghna jigifieri l-Malti u l-Ingliz u sa fejn hu possibbli biex jitghallmu jitkellmu tal-anqas b’lingwa wahda. L-ghajnuna ghall-qari u l-kitba hi necessarja minhabba li l-l-ewwel lingwa taghhom dik tas-sinjali hi kompletament differenti mil-lingwa mitkellma kemm dik Maltija kif ukoll Ingliza.

    Facilitators (u ghalliema) li mhumiex kapaci jikkomunikaw ma’ l-istudenti taghhom huma hela ta’ flus.

    Lura fuq

    3. Ghandhom jitghallmu l-Ingliz u lingwa ohra?

    Tfal deaf Maltin kollha ghandhom jitghallmu jiktbu u jaqraw tajjeb bil-Malti u bl-Ingliz. Sa fejn hu possibbli huma ghandhom jitghallmu jitkellmu tal-anqas b’wahda minn dawn il-lingwi maghzula minnhom.

    Lura fuq

    4. Il-persuni deaf kapaci jmorru l-Universita?

    Iva anke dawk li prattikament jikkomunikaw biss bil-lingwa tas-sinjali. Jekk persuna deaf Maltija titghallem tikteb u taqra tajjeb bil-Malti u bl-Ingliz u jkollha s-sapport mehtieg kapaci ggib lawrja mill-Universita. S’issa dan ghadu ma sehhx f’Malta ghalkemm barra minn Malta ilu li sehh. Ir-raguni principali hi li hafna persuni deaf Maltin ma tghallmux jiktbu u jaqraw tajjeb bl-Ingliz u ghax ghad ma hawnx l-ghajnuna li hemm bzonn biex huma jsegwu kors f’dak il-livell.

    Lura fuq



    G. Interpretazzjoni.

    1. X’inhu x-xoghol ta’ l-interptu tal-lingwa tas-sinjali?

    L-interpretu tal-lingwa tas-sinjali jrid ikun persuna li taf (u tisma’/tara) sew il-lingwi li bihom tkun qed isir il-komunikazzjoni. Ezempju jekk il-konverzazzjoni tkun qed isir bejn persuna li qed titkellem bil-Malti ma’ persuna li tuza l-Lingwa tas-Sinjali Maltija, l-intrepretu jrid ikun jisma’ u jaf sew il-Malti u jara u jaf sew il-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Xogholu hu li jitraduci l-kelma mitkellma f’sinjali u vici versa. Hu/hi jrid ikun kapaci jaghmel dan f’hin rejali, jigifieri waqt li wiehed qed jitkellem hu jrid jitraduci.

    L-interpretu hu mezz biex persuna li tuza l-lingwa tas-sinjali tkun tista’ taccessa l-informazzjoni mitkelma u xi kultant anke dik miktuba.

    L-interpretu hu marbut b’Kodici ta’ Etika li fost l-ohra torbtu li jhares il-konfidenzjalita tal- informazzjoni li jkun sar jaf waqt ix-xoghol tieghu.

    Lura fuq

    2. L-interpretu jrid jinterpreta kollox?

    Iva. Jekk l-intrepretu jkollu jinterpreta kliem li mhumiex accettabbli ghalih, dan irid ifisser din l-oggezzjoni wara li jispicca jinterpreta ghall-okkazzjoni ohra.

    Lura fuq

    3. Meta jkun hemm interpretu l-kelliem jindirizza lilu/lilha jew lill-persuni li jkunu qed jikkomunikaw maghhom?

    L-interpretu hu mezz biex jiffacilita l-komunikazzjoni u mhux parti minnha. Ghalhekk il-kelliema, kemm dak li qed jitkellem kif ukoll dak li qed jissanja ghandhom jindirizzaw lil xulxin u mhux lill-intrepretu. Barra minn hekk l-intrepretu ma ghandux jaghti opinjonijiet dwar dak li jkun qad jinghid.

    Lura fuq

    Ħ. Xogħol.

    1. Id-deaf jistghu jahdmu?

    Iva. Id-deaf jistghu u ghandhom jahdmu.

    Hemm xoghol li jinvolvi bil-fors il-kelma mitkelma (ez:kantant) jew uzu tat-telefon (ez: telefon operator) li assolutament persuna deaf ma tistax taghmel. Pero bi ftit adatazzjoni u sapport, hafna xogholijiet jistghu jsiru minn persuni deaf.

    Lura fuq

  • Din il-website hi sponsorjat
    mill-AcrossLimits Ltd., għal
    iktar informazzjoni żur www.acrosslimits.com.

    This website is sponsored
    by AcrossLimits Ltd. For
    more information visit www.acrosslimits.com
     
    Last updated
    5th November 2005
    [ Il-Kumitat | Il-Membri | Latest News | Il-Klabb | Il-Lingwa tas-Sinjal | L-Edukazzjoni |
    Iċ-Ċirkulari | L-Attivitajiet | il-Kultura | il-Kuntatt | Links ]