Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ (Malta)
Deaf People Association (Malta)

Il-Kumitat

Il-Membri

Latest News

Il-Klabb

Il-Lingwa tas-Sinjali
Maltija

L-Edukazzjoni

Iċ-Ċirkulari

L-Attivitajiet

Il-Kultura

Il-Kuntatt

Links


Il-Klabb ta' l-Għaqda

Il-Klabb ta’l-Għaqda jew aħna nghidu Deaf Club qiegħed ġo Belt Valletta f’Lascaris Wharf. Dan il-klabb fetah fis-sena 1980 li huwa mikri minghand il-Gvern. Dan il-klabb hu miftuħ għal kulħadd – Persuni Neqsin mis-Smigħ tfal u adulti u kif ukoll hbieb u membri tal-familji taghhom. Dan il-klabb huwa il-post fejn persuni neqsin mis-smigħ ikollhom ħajja ta’ kwalita aħjar u indipendenti fejn jistgħu jikommunikaw lil xulxin permess tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija (għal iktar informażżjoni dwar Lingwa tas-Sinjali Maltija agħfas hawn). ġol-klabb hemm uffiċju, bar u sala kbira fejn Persuni Neqsin mis-Smigħ jkunu jistgħu iddevertu bil-logħob bħal table tennis, table soccer, billiard u darts. Hemmhekk ukoll hemm bejgħ tal-batterji għal membri ta' l-Għaqda li għandhom hearing aid bil-preżż issusidjat mill-Għaqda.

Dan il-klabb ukoll post fejn jiltaqaw il-membri tal-kumitat ta’ l-Għaqda li issir darba fix-xahar u anke jagħmlu Laqgħa Ġenerali Annwali li issir darba fis-sena.

Dan il-Klabb ikun miftuħ nhar ta’ Ġimgħa bejn 8:30 u 10:30pm ta' fil-għaxija u nhar ta' Ħadd bejn 10:00 fil-għodu u nofsinhar.

Hawn taħt huma ritratti tal-Klabb tagħna.

 

Id-Deaf Club il-faċċata

 

Id-Deaf Club ġewwa
(iklikkja r-ritratt biex ikabbar)


Din il-website hi sponsorjat
mill-AcrossLimits Ltd., għal
iktar informazzjoni żur www.acrosslimits.com.

This website is sponsored
by AcrossLimits Ltd. For
more information visit www.acrosslimits.com
 
Last updated
5th November 2005
[ Il-Kumitat | Il-Membri | Latest | Il-Klabb | Il-Lingwa tas-Sinjal | L-Edukazzjoni |
Iċ-Ċirkulari | L-Attivitajiet | il-Kultura | il-Kuntatt | Links ]