Grazzi lil dawk kollha li hadu jew bieghu l-biljetti u grazzi ukoll lill-isponsors.
3. L-Istrina
Kif tafu l-Ghaqda taghna kienet wahda mill-Ghaqda se jiehdu flus mill-Programm Strina tas-Sena 2003. L-Ghaqda se tiehu 2.5% li hu ta’ madwar Lm12,000. L-Ghaqda se tuza dawn il-flus biex
- issahhah is-servizz ta’ interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali,
- tkompli r-rickera fuq din il-lingwa,
- tipprovdi taghlim tal-kompjuter u tal-kitba u l-qari lill-persuni neqsin mis-smigh,
- zvilupp tal-website tal-ghaqda.
Aktar dettalji naghtulkom aktar ‘il quddiem.
Grazzi lill-PBS li ghazlu l-Ghaqda taghna biex jiehdu dawn il-flus.
4. Vidjow tal-Quddiesa bil-Lingwa tas-Sinjali
L-Ghaqda gabet sponsorship zghir minghand l-HSBC biex tipproduci vidjo tal-quddiesa bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Dan hu ta ghajnuna kemm ghall-persuni neqsin mis-smigh biex ikunu jistghu jippartecipa aktar fil-quddiesa kif ukoll ghall-persuni ohrajn, inkluz qassisin li jinterssahom dan il-qasam u jixtiequ jippartecipa atkar ma’ persuni neqsin mis-smigh. Nittama li dan il-vidjo jkun lest ma jdumx.
5. Maratona tax-Xaghar u s-Sbuhija
L-Iskola tax-Xaghar u s-Sbuhija se jaghmlu maratona biex jigbru l-flus li 3 Ghaqdiet. Din il-maratona se ssir fil-21 u 22 ta’ Marzu 2004 fil-grounds ta’ l-MCAST, Corradino.
Inheggu lill-membri biex jmorru jaqghu xagharhom jew jaghmlu xi beauty treatment waqt din il-maratona. Grazzi mill-qalb lil din l-iskola.
6. Infakkrukom
Teenage Club
L-ghaqda qed tkompli torganizza attivita kull hmistax ghat-teenagers deaf u l-hbieb taghhom. Din isir il-Gimgha bejn is-6.30 u 8.30 u jkollna t-trasport. Min irid aktar informazzjoni jikkuntattja lil Dorianne Bezzina, Mob 79861153 (SMS biss).
Deaf Club
Id-Deaf Club qed jiftah kull nhar ta’ Gimgha, mit-8.00p.m sa l-10.00p.m. u kull nhar ta’ Hadd, mill-10 a.m. sa nofs in-nhar.
Batteriji tal-Hearing Aids
Il-Membri jistghu jixtru l-batteriji tal-hearing aids mid-Deaf Club meta jkun miftuh.
Servizz ta’ Interpretu
L-Ghaqda tipprovdi s-servizz ta’ interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija permezz tas-sinj. Maria Azzopardi meghjuna mis-Sinj. Damaris Fenech. Min jixtieq dan is-servizz jista’ jibghat SMS lil Maria fuq il-mobile 99826931 jew bl-email - azzomar@hotmail.com.
Quddiesa bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija
L-Ghaqda qed tkompli torganizza quddiesa fl-interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Din isir fil-Kappella ta’ l-Universita, fis-7.00p.m. kull nhar ta’ Sibt.
Ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali
Il-PBS qed ixandar l-ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija kuljum mit-Tnejn sal-Hadd bejn is-6.30p.m.u 6.45p.m u l-ghada fil-ghodu waqt il-programm "l-Ghodwa t-Tajba".
Mizata tal-Ghaqda
Il-membri huma mhegga jhallsu l-mizata ta’ Lm3 ghas-sena 2004. Huma jistghu jhallsu fid-deaf club jew jibaghtu cekk bil-posta fl-indizizz ta’ hawn fuq.
7. Attivitajiet li Saru
F’dawn l-ahhar xhur l-Ghaqda organizzat
- il-Party tal-Milied ghat-tfal neqsin mis-Smigh u l-hbieb taghhom,
- ikla tal-Milied ghall-membri kollha,
- Quddiesa ta’ nofs il-Lejl tal-Milied interpretata bil-Lingwa tas-Sinjali,
- Kors baziku tal-kompjuters ghall-seba’membri tal-Ghaqda. Dan sar bil-ghajnuna tal-FITA u l-MCAST.
Prosit lil kull min ghin biex jigu organizati dawn l-attivitajiet.
Tislijiet
Chris Ripard
Segretarju