Ħarġa ta’ Diċembru 2004

1. Attivitajiet tal-Milied

a)     Party ghat-Tfal Neqsin mis-Smigh u Hbiebhom 

L-Ghaqda se torganizza dan il-party hekk:

Gurnata         Il-Gimgha, 17 ta’ Dicembru 2004

Hin                  7.00 – 9.00 p.m

Post               Deaf Club

Hlas                Lm2 kull tifel ta’ taht it-12-il sena li jinghata rigal

Min jixtieq jattendi jimla l-formola A li hawn ma’ din ic-cirkulari. Min diga baghatha mhemmx bzonn jerga’ jibghatha.

b)     Ikla tal-Milied

L-Ghaqda se torganizza ikla tal-Milied ghall-persuni neqsin mis-smigh, familjari u hbieb taghhom Din se ssir hekk:

Gurnata      Il-Hadd, 19 ta’ Dicembru 2004

Hin               12.00 ‘il quddiem

Post             Lukanda, Solana, Triq G Borg Olivier, Mellieha

Prezz           Lm6.50 il-kbar u Lm3.00 tfal taht it-12-il sena

Menu           Buffet + soft drink

Qabel, fil-11.00a.m ikun hemm quddiesa interpretata bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Min jixtieq jattendi jimla l-formola B li hawn ma’ din ic-Cirkulari sa nhar l-Erbgha 15 ta’ Dicembru 2004 jew sms fuq 79421088.

c)     Quddiesa ta’ Lejlet-il Milied

 L-Għaqda se torganizza quddiesa interpretata bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija ta’ Lejlet il-Milied hekk:

Ġurnata      Il-Ġimġħa, 24 ta’ Diċembru, 2004

Hin              10.00p.m

Post            Id-Deaf Club

Qabel ikun hemm il-qrar u wara jkun hemm bibita.

2. Attivitajiet Sportivi ta’ Gewwa

L-Ghaqda waqfet sotto-kumitat ta’ l-isports. Dan qed jippjana biex bejn Frar u Mejju 2005 jorganizza Indoor-competitions. Il-loghob huma: a) Darts 501 b) Darts XXX c) Table-tennis d) Table-Soccer e) Billiard f) Chess g) Draughts. Il-partecipanti jridu jkunu minn 13-il sena ‘il fuq imma ghad-darts iriku jkunu minn 16-il sena ‘l fuq. Min jiehu sehem irid ihallas hekk:

Sports wiehed Lm1.00c
2 Sports Lm2.00c
3 jew 4 Sports Lm3.00c
5 Sports Lm4.00c
6 jew 7 Sports Lm5.00c


Il-partecipanti ghadhom javzaw lil George Vella jew Steve Mulvenay dwar liema sports u jridu jhallsu sal-14 ta’ Jannar 2005. Min jixtieq aktar dettalji jikteb lil dan is-sotto-kumitat fuq l-email: dsamalta@yahoo.com. Min diga applika mehmmx bzonn jerga’ japplika.

3. Lezzjoni tal-Malti ghall-Adulti Neqsin mis-Smigh

L-Ghaqda, il-Fondazzjoni ghall-Accessibilita fl-Informatika (FITA) u d-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni se jorganizzaw lezzjonijiet ta’ fil-ghaxija biex adulti neqsin mis-smigh jitghallmu jiktbu u jaqraw bil-Malti. Il-Lezzjonijiet se jibdew minn Jannar li gej, se jsiru fl-iskola Maria Regina, Blata l-Bajda mill-5.30 sa 7.30 darba fil-gimgha. Min hu interessat jimla Formola C ta’ din ic-cirkulari. Min diga applika mhemmx bzonn jerga’ japplika.

4. Infakkrukom

a) Servizz ta’ Interpretu

L-Ghaqda qed tkompli tipprovdi is-servizz ta’ interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija permezz taz-zewg interpreti taghha Noel Kenely u Maria Azzopardi. Min jixtieq dan is-servizz jikkuntattja lil Maria Azzopardi fuq il-mobile 99826931 (vuci jew SMS) jew bl-email: maria.azzopardi@um.edu.net.

b) Deaf Club

L-Ghaqda, permezz ta’ Natalino Psaila, se tkompli tiftah id-Deaf Club hekk

* Kull nhar ta’ Gimgha mit-8.00p.m. sal-10.00 pm (meta jkun hemm it- Teenage Club jiftah fis-6.00p.m)

* Kull nhar ta’ Hadd mill-10.00a.m sal-12.00.

c) Teenage Club

L-Ghaqda se tkompli tiftah id-Deaf Club ghat-Teenagers kull hmistax mis-7.00p.m sad-9.00p.m. hekk::                         

Il-Gimgha, 11 ta’ Dicembru u 26 ta’ Dicembru 2004

d)  Batteriji tal-Hearing Aids

Il-membri jistghu jixtru bi prezz irhis il-batteriji tal-hearing aids mid-Deaf Club meta dan ikun miftuh.

e)  Ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali

Il-PBS qed ixandar l-ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija kuljum mit-Tnejn sal-Hadd fis-sitta nieqes kwart (5.45). L-ghada fil-ghodu jergghu jirrepettuhom waqt il-programm l-Ghodwa t-Tajba.

f) Servizz ta’ Social Work

Min ghandu bzonn tas-servizz tas-Social Workers tal-Agenzija SAPPORT jista’ jikkunttattjahom bil-mob 79442121

5. Attivitajiet li Saru

a) Zjara t’Mons Arcisqof

L-E.T. Mons Arcisqof Guzeppi Merciea ghamel zjara lill-persuni neqsin mis-smigh fid-Deaf Club taghhom, il-Gimgha 27 ta’ Novembru 2004. Waqt din iz-zjara, Natalino Psaila, President tal-Ghaqda pprezenta lill-Mons Arcisqof kopja tal-vidjo tal-quddiesa bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija u kopja tal-ewwel zewg volumi tad-dizzjunarju tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Numru ta’ persuni neqsin mis-smigh qasmu l-esperjenzi taghhom l-aktar fejn tidhol il-hajja spiritwali taghhom. Mons Arcisqof wieghed li se jahdem l-aktar fuq is-suggeriment li sar li s-seminaristi jkollhom l-opportunita li jitghallmu, tal-anqas fuq il-livell baziku. il-Lingwa tas-Sinjali Maltija.

b) Gimgha Persuni b’Dizaibilta

Matul it-3 u l-11 ta’ Dicembru, 2004, il-Kummissjoni organizzat il-Gimgha tal-Persuni b’Dizabilita. L-Ghaqda hadet sehem attiv f’dawn l-attivitajiet::

·   Presentazzjoni tar-Ricerka “Dak li l-Aktar Jolqot il-Persuni b’Dizabilita u l-Familji taghhom2 – attenda Natalino Psaila

·   Seminar konsultattiv dwar l-Access for All Design Guidelines – attendew George Vella u Karl Borg.

·   Seminar dwar id-Direttiva tal-EU ghall-Ugwaljanza fl-Impjieg – attendew Natalino Psaila u Nicolette Aquilina.

·   Mixja ta’ Solidarjeta – diversi membri fejn se jenfassizzaw il-bzonn ta’ edukazzjoni li twassal sal-livelli gholjin ghall-persuni neqsin mis-smigh


Dawn l-attivitajiet kollha kienu interpretati bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija.

Tislijiet

Chris Ripard

Segretarju

 

 

Formola A

Party ghat-Tfal Neqsin mis-Smigh u Hbiebhom

Min ghandu tfal taht it-12-il li se jattendu dan il-party jimla din il-formola u jibghatha sal-10 ta’ Dicembru 2004, id-Deaf Club, 45, Lascarsi Wharf, Valletta.

 

Isem Eta Tifel jew Tifla
     
     
     
     
     

 

Formola B

Ikla tal-Milied

Min jixtieq jigi jimla dinil-formola u jibghatha sal-15 ta’ Dicembru 2004, id-Deaf Club, 45, Lascarsi Wharf, Valletta.

 

Isem u Kunjom Telefon Numru ta' Kbar Numru ta' Zghar
       
       
       
       

 

Formola C

Lezzjoni tal-Malti ghall- Adulti Neqsin mis-Smigh

Min jixtieq jattendi dawn il-lezzjonijiet jimla din il-formola u jibghata d-Deaf Club, 45, Lascarsi Wharf, Valletta sat-30 ta’ Novembru 2004.

Isem u Kunjom il-Persuna li se tattendi­­_____________________________________

Indirizz _____________________________________________________________

Mobile (jekk ghandu) _________________________

 

 

Lura lejn iċ-Ċirkulari ta' l-Għaqda