2. Servizz ta' Interpretu
L-inpterpretu tal-Ghaqda, Maria Azzopardi se tkun bil-leave sal-11 ta' Gunju 2004. F'dan iz-zmien, min jixtieq servizz ta' interpretu jikkuntattja lil Damaris Fenech, mob: 79099900 jew email: damaris@div-ve.com.F'dan iz-zmien Maria se tizzewweg. Nawguraw mill-qalb lil
Maria u lvan hajja mimlija ferh.
3. Teenage Club
L-Ghaqda qed tkompli torganizza attivita kull hmistax ghat-teenagers deaf u l-hbieb taghhom. Din isir il-Gimgha bejn is-6.30 u 9.00. Min irid aktar informazzjoni jikkuntattja lil Chris Ripard Mob:79311197. jew lil Fred Bezzina, Mob: 79421088. Kif tafu l-Ghaqda tipprovdi trasport ghal dan il-Klabb mid-djar tal-membri sad-deaf club bil-prezz issussidjat ta' Lm1. Il-Kumitat iddecidieda li minhabba hafna spejjez Lm1 trid tithallas kollha anke jekk il-membri juza l-vann naha wahda biss.
4. Batteriji tal-Hearing Aids
Il-membri jistghu jixtru b'prezz irhis il-batteriji tal-hearing aids mid-Deaf Club meta jkun miftuh. Kien hemm xi membri li kienu qed jixtru hafna pakketti. Dan ma tantx hu tajjeb ghax jekk jiqdiemu, l-batteriji jinhlew aktar malajr. Ghalhekk il-Kumitat iddecieda li min jixtri l-batteriji bi prezz irhis irid ikun hallas il-mizata u kull persuna tista' tixtri sa 3 paketti biss f'daqqa.
5. Membri tal-Kumitat
Il-Kumitat kien qed jahdem bi 8 membri flok disa' Is-sur George Vella rega' gie coopted biex ikun membru tal-kumitat tal-Ghaqda.
6. Infakkrukom
a) Deaf Club
Id-Deaf Club qed jiftah kull nhar ta' Gimgha, mit-8.00 p.m sal-10 p.m. u kull nhar ta' Hadd, mill-10 a.m. sa nofs in-nhar.
b) Quddiesa bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija
L-Ghaqda qed tkompli torganizza quddiesa fl-interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Din isir fil-Kappella ta' l-Universita, fis-7.30p.m. kull nhar ta' Sibt.
c) Ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali
Il-PBS qed ixandar l-ahbarijiet bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija kuljum mit-Tnejn sal-Hadd bejn is-6.30p.m.u 6.45p.m u l-ghada fil-ghodu waqt il-programm l-Ghodwa t-Tajba.
d) Servizz ta' Social Work
Min ghandu bzonn tas-servizz tas-Social Workers tal-Agenzija SAPPORT jista' jikkunttattjahom bil-mob 79442121
e) Mizata tal-Ghaqda
Il-membri huma mhegga jhallsu l-mizata ta' Lm3 ghas-sena 2004. Huma jistghu jhallsu fid-deaf club jew jibaghtu cekk bil-posta fl-indizizz ta' hawn fuq.
7. Attivitajiet Li Saru
a) Seba' Visti
L-Ghaqda organizzat l-attivita tas-seba' visti lill-membri tat-Teenage Club u membri ohra tal-Ghaqda fil-Gimgha l-Kbira.
b) Vidjo tal-Quddiesa bil-Lingwa tas-Sinjali
L-Ghaqda ma rnexxiliex taghmel il-filming ta' dan il-vidjo minhabba li l-camerman u l-mara teighu kellhom baby dak in-nhar stess. Fil-waqt li nawgurawlhom, se niehdu hsieb biex din l-attivita ssir darb'ohra.
Tislijiet
Chris Ripard
Segretarju